Raġel armat li daħal fir-residenza fi Florida tal-President tal-Istati Uniti, Donald Trump. Dan staqarrewh is-servizzi sigrieti Amerikani.
Ir-raġel kien armat b’shot gun u kontenitur bil-petrol meta waqqfuh l-aġenti tas-servizzi sigrieti u d-deputat Sheriff.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30 tal-Ħadd filgħodu, meta l-president kien f’Washington DC.
Is-suspettat huwa ġuvni ta’ 21 sena jismu Austin T. Marton, minn North Carolina, skont is-CBS li huwa partner fl-Amerika tal-BBC. Il-familja tiegħu kienet irrappurtatu nieqes mid-dar, kmieni l-Ħadd filgħodu.
//= $special ?>

