Il-Kap tal-politika barranija tal-Unjoni Ewropea, Kaja Kallas, dalgħodu stqarret li mhuwiex se jkun hemm progress fuq din it-tema hekk kif Budapest ikompli jibblokka l-adozzjoni tas-sanzjonijiet fuq ir-Russja.
“Qegħdin nagħmlu minn kollox biex ngħaddu l-pakkett tas-sanzjonijiet u qegħdin niddiskutu diversi modi kif nistgħu nagħmlu dan. Imma kif għadna kemm smajna l-stqarrijiet iebsa mill-Ungerija, ma narax kif dawn jistgħu jbiddlu s-sitwazzjoni, sfortunatament”, qalet Kaja Kallas
Din l-istqarrija għamlitha matul il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew għall-Affarijiet Barranin.
L-Ungerija qiegħda topponi l-miżuri li ġew proposti – kif ukoll il-pagament ta’ self ta’ €90 biljun lill-Ukrajna – bħala parti mit-tilwima mal-Ukrajna dwar it-trasferiment taż-żejt permezz tal-pipeline ta’ Druzhba.
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ungeriż, Peter Szijjarto, qal li sakemm l-Ukrajna terġa’ tibda titrasferixxi ż-żejt lill-Ungerija u lis-Slovakkja permezz tal-pipeline ta’ Druzhba, “aħna m’aħniex se napprovaw deċiżjonijiet importanti għall-Kyiv”.
//= $special ?>

