Internazzjonali

Stati Uniti: Eluf ta’ titjiriet kellhom jitħassru kawża tal-maltemp

Aktar minn 5,000 titjira, minn u lejn l-Istati Uniti, ġiet ikkanċellata hekk kif il-Lvant tal-pajjiż mistenni jintlaqat minn borra qawwija bl-aktar stat li se jkun qed iħabbat wiċċu ma’ maltemp serju huwa New York.

Dan hekk kif ġie spjegat li mill-Ajruport Internazzjonali JFK ġew ikkanċellati 1,086 titjira filwaqt li minn LaGuardia kienu kkanċellati 1,025 titjira oħra.

Dan filwaqt li kienu kkanċellati mijiet ta’ titjiriet minn Boston, New York u Philadelphia.

L-Awtoritajiet Amerikani saħqu li l-maltemp f’New York mistenni jkun wieħed perikoluż li jqiegħed taħt theddida mhux biss ir-residenzi iżda wkoll il-ħajja tan-nies. Bil-borra mistenni tilħaq iż-żewġ piedi, akkumpanjata minn irwiefen qawwija ferm.