Sport

Rebħa importanti għal Arsenal

:

Tottenham Hotspur    1         Arsenal   4

Rebħa importanti għal Arsenal barra minn darhom kontra avversarju skomdu sabiex mid-draw kontra Wolves minkejja li b’partita aktar żammew il ħames punti vantaġġ fuq Manchester City bit-18 ir-rebħa tal-istaġun.

Matul l-ewwel taqsima, bil-logħob fit-Tottenham Hotspur Stadium ikun maqsum għal ħinijiet twal, fit-32 minuta Arsenal marru fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Bukayo Saka’ kien EBERECHI EZE li għeleb lil Guglielmo Vicario. Reazzjoni immedjata minn Tottenham Hotspur li fl-34 minuta kisbu l-gowl tad-draw. RENDAL KOLO MUANI approfitta minn żball ta’ Declan Rice u bil-lemin għeleb lil David Raya. Gowl segwit minn celebrazzjoni eċċessiva minn Archie Gray li spiċċa ammonit minn Peter Bankes. 1 – 1 skor li bih intemmet l-ewwel taqsima.

B’Arsenal fuq l-offensiva wara biss żewġ minuti tat-tieni taqsima minn pass ta’Jurrien Timber kien VIKTOR GYOKERES li għeleb lil Vicario għat 2 – 1. Reazzjoni limitata minn Tottenham l-aktar wara li fil-61 minuta kien mill-ġdid EBERECHI EZE li għamel l-iskor 3 – 1 sabiex fl-94 minuta kien VIKTOR GYOKERES li minn azzjoni ta’ Odegaard għeleb għar-raba’ darba lil Vicario.