Fi Stadio Artemio Franchi rebħa minima ta’ 1-0 għal Fiorentina fuq Pisa.
Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-13-il minuta meta kien Moise Kean li approfitta minn ballun fil-kaxxa u xeħet fix-xibka għal 1-0.
Intant f’partita oħra mis-Serie A rebħa wkoll ta’ 1-0 għal Bologna fuq Udinese. Il-gowl tar-rebħa għal Bologna wasal fil-75 minuta meta mill-11-il metru kien Federico Bernardeschi li ma żbaljax.
//= $special ?>

