“Wara 3 snin jiggieled b’kull ma kellu kontra l-marda li qabditu – Sandro ħalliena fl-isptar f’Beijing ic-Cina fejn kien qieghed jiehu it-trattament li gbarna ghalih bl-ghajnuna taghkom”.
Hekk kitbet Abigail, il-mara ta’ Sandro Grech, illi minn naħa tagħha rringrazzjat lin-nies kollha li taw lil żewġha l-ikbar cans possibbli li jiġġieled għal ħajtu – ghal familja tieghu, ghal-uliedu.
“Nirringrazzjaw lill dawk kollha li inghaqdu warajna f’dan iz-zmien difficcli ghal familja taghna. Dak li ghamiltu maghna mhu se ninsewh qatt”, kitbet Abigail fuq Facebook.
“Sandro se jibqa jghix fil-memorja ta’ dawk kollha li kienu jafuh – u ahna ser nibqghu nhobbuh ghal dejjem.”
//= $special ?>

