Fi Stadio San Siro :
Milan 0 Parma 1
Telfa xejn mistennija għal Milan. It-tieni telfa tal-istaġun fejn issa d-distakk minn ma’ Inter huwa ta’ 10 punti : 64 – 54.
Għal kuntrarju Parma bit-tmien rebħa telgħu fit-12 il-post bi 32 punt daqs Udinese. Minkejja li Milan iddominaw kemm fil-pussess b’65 % u wisq aktar b’azzjonijiet fuq il-lasti ta’ Edoardo Corvi, fl-84 minuta Parma skorjaw il-gowl deċiżiv. Minn azzjoni ta’ Emanuele Valeri kien MARIANO TROILO li għeleb lil Mike Maigan 1 – 0 skor li bih intemmet il-partita.
Roma 3 Cremonese 0
Fi Stadio Olimpico, ebda problema għal Roma li bi tliet gowls fit-tieni taqsima telgħu fit-tielet post b’50 punt flimkien ma’ Juventus.
Fid-59 minuta Roma fil-vantaġġ meta minn azzjoni ta’ Lorenzo Pellegrini meta kien BRYAN CRISTANTE li għeleb lil Emil Audero. Ebda reazzjoni minn Cremonese li fis-77 minuta sofrew it-tieni gowl skorjat minn EVAN NDICKA minn azzjoni ta’ Cristante.
L-aħħar gowl għal Roma skorjat fis-86 minuta mis-sostitut NICCOLO’ PISILLI li għalaq il-partita 3 – 0
//= $special ?>

