Il-Membru Parlamentari Ewropew Thomas Bajada insista dwar l-importanza tal-4-day-week waqt intervista ma’ Andrew Azzopardi fuq Campus FM.
Bl-MEP Laburista jgħid li hu għamel aċċenn għal din il-proposta lura f’Diċembru tal-2024. U insista dwar il-bżonn li s-soċjetà tagħna nelevawha ‘l fuq.
Thomas Bajada għamilha ċara li ma jara xejn ħażin li hu u l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg qed jaqblu fuq din il-materja, minkejja li l-Partit Laburista ħareġ jattakka din il-proposta.
L-MEP Laburista spjega li jeħtieġ investimenti neċessarji. U li l-4-day-week huwa eżempju ta’ fejn il-familji Maltin u Għawdxin jistgħu jaslu.
Thomas Bajada sostna li fi ftit tal-jiem oħra se tiġi mnedija l-Viżjoni 2050; u surrealment saħaq li din l-ewwel darba li pajjiżna qed iħares fit-tul. Għalkemm qabel li meta hu kien għadu l-iskola, Gvern Nazzjonalista kien qed jaċċerta viżjoni fit-tul – tant li daħħal lil pajjiżna fl-Ewropa kontra r-rieda tal-partit li issa jappartjeni għalih.
//= $special ?>
