Għaddew 4 snin mill-ġurnata li Vladmir Putin invada l-Ukrajna, lura fl-24 ta’ Frar 2022.
Kien propju l-24 ta’ Frar ta’ erba’ snin ilu, meta l-President Vladmir Putin beda operazzjoni militari u invada l-pajjiż Ukren mit-Tramuntana, l-Lvant u anke n-Nofsinhar.
Erba’ snin wara, huma l-eluf kbar ta’ persuni li tilfu ħajjithom f’din il-gwerra, kemm ċivili u anke uffiċjali militari. Id-diskussjonijiet għat-tmiem ta’ din il-Gwerra huma għaddejin għal tul ta’ żmien iżda r-Russja mhux qed iċċedi numru ta’ talbiet li għamlet filwaqt li l-Ukrajna tenniet li mhux se tkun qed iċċedi ġaladarba l-kundizzjonijiet għall-paċi jifavorixxu lir-Russi.
Intant, propju lejliet li din il-gwerra daħlet fil-ħames sena tagħha, il-President Ukren Volodymyr Zelenksy spjega li kien propju Putin li beda t-tielet gwerra dinjija.
//= $special ?>

