“Il-Prim Ministru jrid jgħati rendikont lill-poplu dwar dawn l-akkużi serji fuq rasu – Qed tkompli toħroġ biċ-ċar id-differenza bejn iż-żewġ Partiti”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg f’intervista waqt il-bulettin ta’ Net News – dan fil-konfront tal-akkużi serji li għamel l-Imħallef sedenti Wenzu Mintoff fil-konfront ta’ Robert Abela. Akkużi relatati ma’ indħil dirett fil-Qrati fost l-oħrajn.
Alex Borg beda’ billi fakkar li dawn l-akkużi fuq ras il-Prim Ministru ma jistgħux jaqgħu fuq widnejn torox – anke sabiex ma tiġix imminata l-integrità ta’ pajjiżna.
Bil-Kap tal-PN jisħaq li l-Prim Ministru jrid jirrpondi anke jekk għandu l-interess nazzjonali għal qalbu. Dan apparti li enfasizza wkoll li huwa dover tal-politiċi li jgħatu rendikont lil min eleġġih.
Apparti min hekk il-Kap tal-PN Alex Borg sostna li ta’ kuljum qed toħroġ id-differenza bejn iż-żewġ partiti.
Bil-prijorita għal PN tkun din il-kariga importanti, filwaqt li għal Gvern dan huwa eżerċizzju partiġġjan, u flok jirrispondi l-mistoqsijiet – Abela qed jipprova jilgħaba bħal li kieku ma’ ġara assolutament xejn.
Intant Alex Borg għalaq billi reġa aċċena għall-għaqda nazzjonali fil-konfront ta’ din is-sitwazzjoni – waqt li appella mill-ġdid lil Robert Abela sabiex jirrispondi għal dawn l-allegazzjonijiet fl-interess tal-poplu kollu.
//= $special ?>

