Il-Kap tal-Oppoizzjoni Alex Borg sostna fil-parlament llejla li l-Prim Ministru Robert Abela ma jistax jibqa’ jaħbi u għandu jwieġeb għall-akkużi tal-Imħallef Wenzu Mintoff.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg illejla tkellem fil-parlament dwar l-ittra li bagħat l-Imħallf Wenzu Mintof fli fiha għamel akkużi serji lill-Prim Ministru.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li l-poplu qed jistenna serħan il-moħħ u għandu dritt ikun konxju tal-akkużi serji mill-Imħallef Wenzu Mintoff fejn sostna li l-Prim Ministru pprova jindaħal fil-ġudikatura u li xekkel l-indipendenza tal-ġudikatura. Għalhekk il-Prim Ministru għandu jagħti rendikont fuq dawn l-akkużi li saru minn Imħallef sedenti.
Hu poġġa fuq il-medja tal-Kamra l-ittra tal-Imħallef Wenzu mintoff.
Il-Whip tal-Gvern Naomi Cachia qalet li kienet tittama li l-ħatra tal-Prim Imħallef ġdid issir b’serenità mingħajr indħil minn terzi u mingħajr pressjoni. Hi qalet li l-Oppożizzjoni għandha tagħti l-opinjoni tagħha dwar l-isem tal-Prim Imħallef il-ġdid u mhux
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg qal li hi ħasra l-Prim Ministru mhuwiex jirrispondi l-akkużi tal-Imħallef Wenzu Mintoff. Jien mhux se nitfa’ imħallfin fl-arena u lest inkompli niddiskuti, sostna l-Kap tal-Oppożizzjoni.
F’intervent il-Prim Ministru qal li kien stenna illi kieku l-Kap tal-Oppożizzjoni talab dibattitu hu kien lest jiddikbatti u sostna li l-Kap tal-Oppożizjoni kellu kopja tal-ittra tal-Imħallef Wenzu Mintoff f’idejh.
Robert Abela qal li sal-bieraħ l-Opożizzjoni kellha tagħti risposta jekk taqbilx man-nomina li ried il-gvern iżda l-Oppożizzjoni reġgħet ġiet lura bla risposta. Dan is-skiet itarrax fuq il-proposta tal-gvern hu wieħed li qed ikun nnutat, sostna l-Prim Ministru.
Hu qal li għandu fiduċja sħiħa fl-Imħallef Wenzu Mintoff u jifhem li għandu x-xewqa li jservi bħala Prim Imħallef. Din hi sxewqa li għandha tkun rispettata iżda fil-laqgħa ta’ Kasitlja bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni kien hemm qbil dwar il-kriterji għall-Prim Imħallef ġdid. Kriterju ewlieni kien maqbul kien dak li l-Imħallef li jservi bħala Prim Imħallef ma jkollux żmien twil jew qasir biżżejjed fil-kariga.
Il-kap tal-Oppożizzjoni Alex Borg sostna li l-Prim Ministru għandu jagħmel stqarrija ministerjali għaliex il-poplu jrid jisma’ dwar l-akkużi li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff. Jekk għandek x’taħbi, tibqax taħbi Prim Ministru, sostna Alex Borg, li kompla li l-Ispeaker hu fl-obbligu li jassigura li l-poplu jingħata assigurazzjoni fuq l-allegazzjonijiet li għandu fuqu l-Prim Ministru. Hu inaċċettabbli li l-parlament jiddiskuti suġġetti oħra meta l-pajjiż għandu quddiem kriżi bħal din, sostna l-Kap tal-Oppożizjoni.
//= $special ?>

