Lokali Parlament

Clyde Caruana jaħrab milli jwieġeb dwar l-allegazzjonijiet li saru mill-Imħallef Wenzu Mintoff

Waqt li kienu qed isiru l-Mistoqsijiet Parlamentari, il-Ministru Clyde Caruana ħarab milli jwieġeb dwar l-allegazzjonijiet serjissimi li għamel Wenzu Mintoff.

Dan wara li t-Tlieta waranofsinhar f’mistoqsija Parlamentari x-Shadow Minister Adrian Delia saqsa lil Clyde Caruana jekk jistax jibqa’ jservi bħala Ministru tal-Finanzi fid-dawl tal-allegazzjonijiet li saru.

Mistoqsi darba darbtejn dwar dan huwa qal li bħala Ministru tal-Finanzi dejjem ħadem fl-interess tal-poplu u li materja bħal din għandha tiġi diskussa fl-isfera tagħha u mhux fil-Parlament.