Lokali

Fis-2:15pm – edizzjoni speċjali ta’ NETLIVE, b’analiżi tal-avvenimenti politiċi li seħħew fl-aħħar sigħat

Net Television u Net FM se jkunu qed ixandru programm speċjali wara l-iżviluppi serji li kellna llum relatati mal-akkużi li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff fil-konfront tal-Prim Ministru.

Il-programm se jibda fis-2:15pm, u se joffri analiżi minn ġurnalisti u kummentaturi politiċi.

Din ix-xandira straordinarja ta’ NETLIVE se tibqa’ sejra sal-ħin tal-aħbarijiet.