Sitt familji li kienu evakwati minn djarhom f’Santa Venera fil-bidu ta’ dan ix-xahar, għadhom qed jistennew biex jirritornaw lura fir-residenzi tagħhom.
Dan ħareġ minn Mistoqsija Parlamentari li staqsa x-Shadow Minister Darren Carabott, bil-Ministru Jonathan Attard iwieġeb li dawn il-proprjetajiet għadhom qed jiġu analizzati… sakemm jiġi stbbilit jekk ir-residenti jistgħux jirritornaw fi djarhom.
Dawn il-familji kienu ntalbu biex joħorġu minn djarhom lura fit-8 ta’ Frar, 15-il minuta biss qabel ma bdew joħorġu l-konsenturi. Bil-Ministru Attard jgħid li l-BCA se tkompli tassisti lill-familji affettwati sakemm dawn ikunu jistgħu jirritornaw f’darhom.
Il-ħidma fuq il-kostruzzjoni fil-viċinanzi kienet twaqfet.
Intant, ir-residenti li ġew milquta kienu esprimew l-inkwiet tagħhom fil-15 ta’ Jannar, wara li feġġew xi konsenturi fil-ħitan.
Wara numru ta’ ilmenti…. il-kuntratur kien beda jaghmel ‘monitoring’ tal-konsenturi, li maż-żmien komplew jikbru.
//= $special ?>

