Sigħat biss wara li l-media indipendenti xandret ittra tal-Imħallef Wenzu Mintoff mimlija kundanni u allegazzjonijiet serji dwar indħil mill-Prim Ministru lill-ġudikatura, Robert Abela tilef l-ewwel opporunità li kellu fil-Parlament biex inaddaf ismu minn dawn l-akkużi.
Kieku Robert Abela ma kellux x’jaħbi kien jiċħad b’mod kategoriku dak li kien fiha l-ittra tal-Imħallef.
Il-fatt li llejla fil-Parlament ma ċaħadx imqar kelma waħda minn din l-ittra jkompli jikkonferma li Abela għandu x’jaħbi.
Meta l-politiċi jindaħlu lill-ġudikanti, titkisser kull fiduċja tan-nies fil-ġustizzja.
Il-poplu ta’ pajjiż demokratiku Ewropew għandu d-dritt għas-serħan il-moħħ li l-ġustizzja hija għal kollox awtonoma u ħielsa minn kull dell ta’ ndħil minn politiċi.
Robert Abela għandu obbligu mal-poplu kollu li jwieġeb għall-allegazzjonijiet li għamillu l-Imħallef u għandu juri l-maturità politika tiegħu billi l-proċess tal-ħatra tal-Prim Imħallef ma jibqax jużah bħala ballun politiku.
Għaliex Robert Abela fil-Parlament ma ċaħadx dak li qal l-Imħallef Wenzu Mintoff?
//= $special ?>

