Akkużi serji fil-konfront tal-Prim Ministru – indħil fil-ġudikatura, li għal Abela il-flus jiġu qabel l-indipendenza tal-Qrati – kollha akkużi ġejjin minn Imħallef sedenti fil-konfront ta’ Robert Abela u akkużi li l-Prim Ministru fl-ebda ħin ma ċaħad.
Iżda wara akkużi xokkanti fuq kif Abela fost l-oħrajn, prova juża tattiċi ta’ bullying biex jinfluwenza l-Qrati Abela qed jibqa’ jirrifjuta li jikkummenta rigward dawn l-allegazzjonijiet serjissimi.
Apparti min hekk il-Prim Ministru stqarr wkoll li dak li qal l-Imħallef Mintoff dwar indħil minn naħa ta’Abela fuq il-ġudikatura, essenzjalment mhux minnu – anke wara li l-Imħallef Mintoff qal dan kollu taħt ġurament.
Mistoqsi dwar hekk hux ser jagħmel kif issuġġerilu l-Imħallef Wenzu Mintoff – ċioe jirrekuża ruħu mid-deċiżjoni dwar il-kariga tiegħu, minħabba raġunijiet li ta taħt ġurament l-istess Imħallef – Abela kkonferma li mhux ser ikun qed jagħmel dan.
Dwar l-allegazzjonijijet fuq il-każ ta’ Paqpaqli u kif skont Mintoff, kellu jieqaf lill-Abela wara manuvri ta’ ndħil – il-Prim Ministru qal li ma jiddispjaċih xejn minn dak kollu li ġara.
Filwaqt li kkonferma wkoll li ma kkomunikax mal-Imħallef Wenzu Mintoff minn meta bgħat din l-ittra.
Bil-Prim Ministru Abela surrealment jġib ruħu bħal li kieku xejn mhu xejn – b’Abela jixhed li issa dak li ntqal laħaq intqal.
Intant dan l-istazzjoni staqsa wkoll lil Membru Parlamentari Laburista u eks Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis – fejn kompla joħroġ biċ-ċar l-inkwiet kbir fi ħdan il-Labour. B’Zammit Lewis jgħid li jinsab inkwetat ferm.
Apparti li saħaq wkoll li jinsab diżappuntat bil-Prim Ministru u l-mod kif il-Gvern tiegħu stess mexxa dan il-proċess.
//= $special ?>
