Lokali Qorti

Is-sentenza minn ġuri dwar pussess aggravat ta’ cannabis se tingħata l-Ħamis

Wara li semgħet dak li kellhom xi jgħidu l-prosekuzzjoni u d-difiża dwar il-piena li għandha tingħata lil Austin Mallia, li nstab ħati b’verdett ta’ 7 voti kontra 2 wara ġuri dwar traffikar u pussess aggravat ta’ cannabis, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera qalet li hija se tgħaddi biex tagħti s-sentenza nhar il-Ħamis 26 ta’ Frar.

It-Tlieta filgħodu, l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, komplew jinstemgħu s-sottomissjonijiet dwar il-piena fil-konfront ta’ Austin Mallia. Il-partijiet ikkwotaw sentenzi minn ġurijiet f’każijiet simili fejn filwaqt li d-difiża qalet li verdett ta’ 7-2 mhux unanimu u għalhekk dan għandu jittieħed bħala kunsiderazzjoni għall-piena, il-prokeskuzzjoni qalet li verdett ta’ 6-3 f’każ simili, il-piena kienet waħda sostanzjali.

Il-kitba fuq Facebook

Matul is-seduta, bħalma seħħ ġimgħa ilu, il-prosekuzzjoni reġgħet tkellmet dwar il-kopja ta’ kitba li kienet ġiet ippubblikata fuq Facebook minn oħt l-akkużat. Dan meta fil-messaġġ tagħha, hija esprimiet diżappunt bis-sistema ġudizzjarja u allegat “manipulazzjoni u korruzzjoni” min-naħa tal-prosekuzzjoni, kif ukoll li l-ġurati setgħu ġew influwenzati b’informazzjoni falza.

Il-prosekuzzjoni sostniet li dawn id-dikjarazzjonijiet huma serji u mhux xierqa, u li jistgħu jnaqqsu mir-rispett lejn il-Qorti u l-proċess ġudizzjarju, speċjalment meta l-kitba kienet aċċessibbli b’mod pubbliku u nqrat waqt seduta fil-preżenza tal-midja.

Minn naħa tagħha d-difiża ilmentat mill-fatt li l-prosekuzzjoni bagħtet kopja ta’ dak li kitbet oħt l-akkużat lil waħda mill-ġurnalisti tal-Malta Today. Il-prosekuzzjoni qalet li dik kienet post fuq FACEBOOK u għalhekk kienet pubblika.

Id-difiża, kif diġa’ kienet, irrimarkat qalet li l-post ma sarx mill-akkużat u li ma kienx intiż biex jinfluwenza lill-ġurati. L-Avukat Joe Giglio sostna li l-messaġġ kien espressjoni personali ta’ membru tal-familja li kienet qed tbati s-sitwazzjoni, u li tul il-ġuri anke d-difiża kienet fil-mira ta’ kritika pubblika.

Sottomissjonijiet fuq il-piena

L-Avukati Godwin Cini f’isem l-Avukat Ġenerali, enfasizzaw is-serjetà tal-każ u l-ammont sostanzjali ta’ droga involut — 50.7 kilo cannabis b’purità ta’ 11%, b’valur stmat bejn nofs miljun u miljun ewro. Il-purità huwa qal hija diġa waħda għolja u li ma kenux għall-membri tal-Pulizija tad-drug sqaud kieku din ħalliet diversi vittmi.

L-avukat Cini qal li din kienet kwantità sinifikanti ta’ droga li kienet tidħol fis-suq lokali, b’impatt indirett iżda serju fuq is-soċjetà. Saret ukoll referenza għal sentenzi preċedenti, fosthom każijiet fejn ġew imposti 18 u 19-il sena ħabs b’multi sostanzjali, biex tintwera l-ħtieġa ta’ piena deterrenti u proporzjonata.

Id-difiża, immexxija mill-Avukati Joe Giglio u Mattea Giglio, sostniet li Mallia ma kienx il-“kingpin” jew moħħ wara operazzjoni strutturata, iżda kellu rwol limitat marbut mal-ġbir u t-trasport ta’ “white goods”. Ġie enfasizzat li għandu fedina penali nadifa, jaħdem bħala kok, u huwa missier ta’ tifla ta’ seba’ snin u għandu familja.

Id-difiża qalet ukoll li l-verdett ma kienx unanimu u li l-Qorti għandha tqis dan il-fatt meta tiġi biex tistabbilixxi l-piena. Fuq kummenti tal-Avukat Giglio li Mallia m’għandux jiġi penaliżżat minħabba li baqa’ jikkontesta l-ħtija tiegħu, u dan wara kummenti mill-prosekuzzjoni, il-Qorti qablet, imma qalet ukoll li ammissjoni dejjem tnaqqas l-ammont tal-piena mogħtija.

Il-prosekuzzjoni qalet ukoll li hija stramba li s-Supretendent Kevin Pulis ma nġibx biex jixhed mid-difiża waqt is-sottomissjonijiet u li Mallia ma kien bl-ebda mod ta xi informazzjoni lill-Pulizija dwar iż-żewġ persuni l-oħra involut i– Michele Artale u Sandro Lo Presti.

Hawn l-Avukat Joe Giglio ma qabilx u qal li l-uffiċjal Pulis qal waqt il-ġuri li kien Mallia li tah l-istem ta’ Artale u għalhekk mhux minnu li huwa ma kkoperax mal-Pulizija.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Kevin Pulis flimkien mal-Avukati Godwin Cini, Danika Vella u Kevin Valletta f’isem l-Avukat Ġenerali. Mallia kien irrappreżentat mill-Avukati Joe Giglio u Mattea Giglio.