Fit-3:25pm, il-Partit Laburista ħareġ stqarrija biex jattakka lill-Kap tal-PN. Iżda fl-ebda mument ma wieġeb l-akkużi serjissimi li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff.
Fl-istqarrija, il-Labour attakka lil Alex Borg għax wassal messaġġ moqri fuq it-televiżjoni. Li ma qalx il-Labour kien, li l-messaġġ kien indirizz lin-nazzjon dwar materja tant importanti; b’rabta mal-akkuża li Robert Abela ndaħal lill-Imħallfin.


