Internazzjonali Temp

STATI UNITI: Zoni sħaħ miksija taħt tliet piedi ta’ borra

Matul il-jum tat-Tlieta, jidher li s-sitwazzjoni tal-maltemp fil-Lvant tal-Istati Uniti se tkun qed ittaffi xi ftit mill-intensità tagħha. Iżda l-borra xotra se tippersisit – filwaqt li komplew jitħassru aktar titjiriet.

Matul il-lejl li għadda, numru kbir ta’ zoni fi New York u lil hinn kienu litteralment inaċċessibbli.

L-iskejjel inżammu magħluqa, is-sistemi ta’ trasport ġew sospiżi u anke d-deliveries tal-ikel kellhom iwaqqfu s-servizz f’ċertu ħinijiet.

Tul il-jum, ir-riefnu qawwi u l-borra kontinwa għamluha prattikament impossibbli biex wieħed jasal minn post għall-ieħor.

Anke l-Parlament u s-Senat Amerikan kellhom jipposponu s-seduti.

Qed jingħad li kien hemm mas-600,000 dar li spiċċaw mingħajr il-provvista tal-enerġija. Dan wara li l-borra laħqet il-livell ta’ 33 pulzier għoli – b’effetti li estendew minn North Carolina sal-Istat ta’ Maine.