Il-Ministru Clifton Grima, il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni; ma qalx fil-Parlament jekk l-Iskola Primarja tal-Imġarr, Malta; dik primarja tal-Mellieħa; il-primarja ta’ San Pawl il-Baħar u wkoll il-primarja tal-Qawra għandhomx multi-sensory room.
Il-mistoqsija parlamentari saret mid-Deputat Nazzjonalista Graziella Galea li staqsiet lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni jgħid jekk f’dawn l-iskejjel hemmx multi-sensory room.
Il-Ministru wieġeb biss għal kull mistoqsija li saret, li tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
//= $special ?>

