Lokali

458 każ deċiż ta’ divorzju f’Malta s-sena li għaddiet

Il-każijiet ta’ divorzju deċiżi mill-Qrati f’Malta u f’Għawdex separatament, f’dawn l-aħħar ħames snin żdiedu u s-sena li għaddiet kienu jlaħħqu 458 f’Malta u f’Għawdex 24.

Fl-2020, il-każi maqtugħa f’Malta kineu 291 u f’Għawdex 10; fl-2021 f’Malta kienu deċiżi 360 u f’Għawdex 16; fl-2022 531 f’Malta u 18 f’Għawdex; fl-2023 f’Malta 500 u f’Għawdex 13; u fis-sena 2024 kienu deċiżi 424 f’Malta u 23 f’Għawdex.Seduta Numru 437

Din l-informazzjoni dwar każi ta’ divorzju deċiżi ngħatat fil-Parlament minn Jonathan Attard, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; għal mistoqsija parlamentari tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.