Lokali Parlament

Aktar minn elf persuna daħħlet il-ħabs

ll-persuni rreġistrati li ddaħħlu fl-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza matul is-sena 2025 kien ta’ 1,074.

Dan ikkonfermah fil-Parlament il-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici li staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħo; jgħid kemm kienu effettivament il-persuni li daħlu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin matul is-sena 2025 jew taħt arrest jew biex jiskontaw sentenza