Partita mimlija azzjoni bejn Atalanta u Borusssia Dortmund li waslet għall-kwalifikazzjoni storika ta’ La Dea meta dawru żvantaġġ ta’ 2-0 miksub fl-ewwel leg għall-rebħa ta’ 4-3 wara żewġ partiti.
Gianluca Scammaca jiftaħ l-iskor wara 5 minuti logħob u Zappacosta jirnexxielu jaħmel l-aggregate indaqs fil-45 minuta.
Atalanta jkomplu jiddominaw fit-tieni taqsima hekk kif Mario Pasalic skorja fis-57 minuta.
Il-partita tidher li se tieħu xejra differenti meta Karim Adeyami jnaqqas l-iskor fil-75 minuta.
Tlett karti ħomor fis-97 minuta hekk kif tkeċċew Giorgio Scalvini għal Atalanta, Nico Schlotterbeck u Ramy Bensebiani għal Borussia Dortmund.
Lazar Samardzic jikkonverti l-penalty tiegħu minuta wara biex jikkonferma posthom fir-rawnd tal-aħħar sittax.
Rimonta xejn iqnas mill-Bianconeri hekk kif minkejja li ma irnexxielhomx idawru żvantaġġ ta’ tlett gowls kontra Galatasary, huma wettqu prestazzjoni mill-aqwa. Partita li marret għall-ħin barrani.
Il-Bianconeri rnexxielhom jagħmlu l-impossibli anke b’raġel inqas hekk kif tkeċċa Lloyd Kelly kmieni fit-tieni taqsima.
Il-gowls fil-ħin regolari għal Juventus jaslu mill-captain ta’ Locatelli fis-37 minuta, Gatti fis-70 minuta u Mckennie u fit-82 minuta.
Żewġ gowls fil-ħin barrani minn Osihmen u Yilmaz ifissru li t-Torok jikkwalifikaw għall-aħħar sittax.
Derby Franċiża bejn PSG u Monaco li twassal biex PSG jgħaddu wara draw ta’ 2-2 li jfisser aggregate ta’ 5-4.
Monaco jmorru fil-vantaġġ wara tlett kwarti logħob minn Akliouche. Pero karta ħamra ta’ Coulibaly fit-58 minuta tbiddel totalment il-partita.
Marquinhos kellu bżonn biss żewġ minuti biex skorja l-gowl tad-draw, u Kvaratskheila jiskorja 6 minuti wara. Teze jiskorja għal Monaco fit-92 minuta.
Rebħa komda għal Real Madrid fuq Benfica bl-iskor finali ta’ 2-1. Rafa Silva jiskorja l-ewwel għall-Portugiżi Il-gowls tal-Los Blancos skorjati minn Tchoumanei u Vinicius Junior.
Atalanta b’rimonta kbira biex idawru t-telfa li soffrew fl-ewwel leg kontra Borussia Dortmund


