Atletico Madrid 4 Club Brugge 1
B’aggregate ta’ 7 – 4 Atletico Madrid għaddew għar-rawnd li jmiss f’partita li ħadet xejra differenti fit-tieni taqsima.
Fit-23 minuta Atletico fil-vantaġġ permezz ta’ ALEXANDER SORLOTH li minn pass ta’ Jan Oblak għeleb lil Simon Mignolet. Reazzjoni minn Brugge li fis-36 minuta kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ JOEL ORDONEZ fuq pass ta’ Brandon Mechele. 1 – 1 fi tmiem l-ewwel taqsima.
Fit-48 minuta kien JOHNNY CARDOSO li mill-ġdid għeleb lil Mignolet b’Atletico fil-vantaġġ. Reazzjoni limitata minn Brugge l-aktar wara li fis-76 minuta minn pass ta’ Ademola Lookmann kien mill-ġdid ALEXANDER SORLOTH li għeleb lil Mignolet għat- 3 – 1 sabiex fis-87 minuta minn pass ta’ Matteo Ruggeri kien SORLOTH bit-tielet gowl personali li għalaq il-partita 4 – 1 .
Bayer Leverkusen 0 Olympiacos 0
Minkejja d-draw ta’ bla gowls f’Bay Arena, ir-rebħa ta’ 2 – 0 fil-Greċja ta’ ġimgħa ilu kienet bizzejjed għal Bayer Leverkusen sabiex jgħaddu mill-fażi ta’ knock-out u jiksbu post mal-aħħar 16 taċ-Champions League.
Inter 1 Bodoe Glimt 2
Bit-tieni telfa f’gimgħa, Inter fi Stadio Giuseppe Meazza sfaw megħluba minn Bodoe u b’aggregate ta’ 5 – 2 eliminati mill-Uefa Champions League.
Fit-58 minuta Bodoe Glimt marru fil-vantaġġ. Wara li Yann Sommer salva fuq Ole Blomberg, daħal għar-rebound JENS PETTER HAUGE li skorja bil-gowl ikun ikkonvalidat bil-VAR. Ebda reazzjoni minn Inter li fit-72 minuta sofrew it-tieni gowl permezz ta’ HAAKON EVJEN minn azzjoni ta’ Jens Hauge. Fit-77 minuta Inter naqqsu d-distakk permezz ta’ ALESSANDRO BASTONI minn azzjoni ta’ Bonny.
Newcastle United 3 Qarabag 2
Kollox faċli għal Newcastle United minkejja li r-riżultat finali jista’ jqarraq sabiex b’hekk Newcastle għaddew b’aggregate ta’ 9 – 3 u l-avventura fic-Champions League tkompli.
Wara biss 5 minuti f’Saint James Park, kien SANDRO TONALI li għeleb lil Mateusz Kochalski bi Newcastle fil-vantaġġ. Minuta wara minn azzjoni ta’ Harvey Barnes kien JOELINTON li għamel l-iskor 2 – 0 .
Fil-51 minuta CAMILO DURAN minn pass ta’ Jonathan Montiel għeleb lil Ramsdale għat 2 – 1 izda minuta wara kien SVEN BOTMAN li minn cross ta’ Kieran Trippier għeleb lil Kochalski għal 3 – 1. Ħames minuti wara, penalty għal Qarabag mogħti minn Marko Jankovic kien salvatr minn Aaron Ramsdale, ħa r-reound ELVIN JAFAR GULIJEV li għamel l-iskor 3 – 2
//= $special ?>

