Ambulanza u Pulizija kellhom jissejħu fil-mini ta’ Santa Venera wara ħabta li seħħet aktar kmieni dalgħodu.
Net News jinsab infurmat li fl-inċident – li seħħ fir-rotta lejn l-Università – kienu nvoluti erba’ karozzi.
Fil-post, minħabba l-ħabta, inġema’ ammont kbir ta’ traffiku.
Jidher li persuna waħda sofriet xi feriti f’għonqha, u kellha tittieħed l-isptar għall-osservazzjoni.
Il-Pulizija qed jinvestigaw il-każ.
//= $special ?>

