Lokali Qorti

Il-Qorti ttemm il-ftehim bejn żewġ kumpaniji tal-propjeta u tillibera lid-diretturi minn kull responsabbiltà

Il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Kummerċ), preseduta mill-Imħallef Ian Spiteri Bailey, iddikjarat terminata r-relazzjoni kuntrattwali bejn il-kumpaniji fil-qasam tal-propjetà ISB Boutique Properties Ltd u Polygon International Group Limited, iżda fl-istess waqt ċaħdet il-maġġoranza tat-talbiet għad-danni mressqa minn Boutique Properties.

Madankollu iżda fl-istess ħin ċaħdet il-maġġoranza tat-talbiet għad-danni u lliberat lid-diretturi konvenuti mill-osservanza tal-ġudizzju. Il-kawża kienet tirrigwarda żewġ ftehim iffirmati fit-30 ta’ Mejju 2016 – Collaboration Agreement u Partnership Agreement – li wasslu għall-ħolqien tal-kumpanija Chestertons Gżira Limited sabiex topera aġenzija tal-proprjetà fil-Gżira. Il-kumpanija, li kellha tkun il-vettura operattiva tan-negozju, sussegwentement ġiet iddikjarata defunct u mħassra mir-reġistru fl-2021.

Mill-provi rriżulta li r-relazzjoni bejn il-partijiet iddeterjorat b’mod sostanzjali. Ix-xhieda ta’ Christopher Pace u Natasha Pace indikaw allegati nuqqasijiet fil-komunikazzjoni, informazzjoni mhux kompluta dwar commissions, u allegat devjazzjoni ta’ negozju lejn kumpanija oħra fl-Afrika t’Isfel. Intqal ukoll li l-uffiċċju tal-Gżira tħalla fi stat ħażin u li tneħħew tabelli u għamara.

Madankollu, il-Qorti għamlet distinzjoni ċara bejn ir-relazzjoni kuntrattwali bejn Boutique u Polygon u l-operat effettiv tan-negozju, li kien qed isir permezz ta’ Chestertons Gżira Limited. Skont il-Qorti, ladarba l-kumpanija kienet entità ġuridika distinta u kienet hi li operat in-negozju, kwalunkwe pretensjoni għal ħlasijiet, commissions jew danni kellha tiġi diretta lejn dik il-kumpanija u mhux direttament kontra d-diretturi tagħha jew kontra Polygon f’isimhom personali.

Il-Qorti laqgħet l-eċċezzjoni tat-tielet konvenuti u lliberat lid-diretturi Rudolf Johannes Bronkhorst, Erwin Lehmann u Elsabie Van Der Merwe mill-osservanza tal-ġudizzju, filwaqt li osservat li ma kienx il-każ li tiġi applikata t-teorija tal-“lifting of the corporate veil”, peress li ma ġietx ippruvata frodi jew wrongful trading.

Fuq il-kwistjoni tat-terminazzjoni, il-Qorti nnutat li Boutique ma osservatx b’mod strett il-proċedura stipulata fil-ftehim, partikolarment fir-rigward tal-perjodu ta’ xahar wara warning letter. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li r-relazzjoni kienet irriversibbli u li l-kumpanija operattiva kienet diġà mietet, il-Qorti qieset opportun li tilqa’ l-ewwel żewġ talbiet u tiddikjara formalment terminati l-ftehimiet u xolta l-operazzjoni kummerċjali li diġà kienet waqfet fil-fatt.

It-talbiet l-oħra kollha, inklużi dawk relatati ma’ allegata approprjazzjoni ta’ oġġetti, arretrati ta’ commissions u danni li allegatament jammontaw għal aktar minn €30,000, ġew miċħuda. Il-Qorti sostniet li ma setgħetx tikkundanna kumpanija li ma għadhiex teżisti u li l-provi ma kinux jissostanzjaw responsabbiltà diretta ta’ Polygon għal dawn id-danni.

L-ispejjeż tal-kawża ġew ordnati jinqasmu nofs bin-nofs bejn Boutique u Polygon, u b’hekk tagħlaq tilwima kummerċjali li ilha għaddejja mill-2017 u li kienet tinvolvi allegazzjonijiet serji dwar il-ġestjoni u t-trasparenza fin-negozju tal-proprjetà.

Mill-provi mressqa, il-Qorti sabet li r-relazzjoni bejn il-partijiet iddeterjorat fi żmien qasir, b’allegazzjonijiet serji minn naħa ta’ ISB dwar nuqqas ta’ trasparenza, ksur tal-brand guidelines, u allegat re-routing ta’ negozju lejn entità oħra. Min-naħa tagħhom, il-konvenuti ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet u sostnew li kienet is-soċjetà attriċi li naqset milli tosserva l-proċedura kuntrattwali għat-terminazzjoni.

Il-Qorti analizzat fid-dettall il-klawsoli rilevanti tal-ftehimiet, inkluż il-proċedura ta’ default notice u warning letter, u evalwat jekk it-terminazzjoni saritx skont il-kundizzjonijiet stipulati. Ġiet eżaminata wkoll il-kwistjoni tal-locus standi tad-diretturi u r-rwol tas-soċjetà Chestertons Gżira Limited, kif ukoll jekk kienx hemm prova suffiċjenti ta’ approprjazzjoni indebita ta’ mobbli u fondi.

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti ddeċidiet li r-relazzjoni kuntrattwali bejn ISB u Polygon kienet effettivament waslet fi stat irrimedjabbli u li ma kienx hemm aktar skop kummerċjali li tkompli. Għaldaqstant ordnat it-terminazzjoni tal-ftehimiet u x-xoljiment tal-operazzjoni kummerċjali li kienet saret bis-saħħa tagħhom.

Madankollu, dwar l-allegazzjonijiet ta’ approprjazzjoni indebita u d-danni mitluba, il-Qorti osservat li mhux kull allegazzjoni ġiet ippruvata sal-livell meħtieġ u li ċerti pretensjonijiet kellhom jiġu indirizzati fil-kuntest tal-likwidazzjoni tal-kumpanija stess. Għaldaqstant ġiet ordnata l-likwidazzjoni tal-ammonti dovuti bejn il-partijiet, b’possibbiltà ta’ nomina ta’ periti sabiex jiġi determinat il-bilanċ finali.

Il-Qorti ordnat ukoll li tibda l-proċedura għax-xoljiment ta’ Chestertons Gżira Limited u l-ħatra ta’ stralċjatur biex jitwettaq il-proċess skont il-liġi. Is-sentenza tagħlaq kapitlu ta’ tilwima kummerċjali li ilha għaddejja sa mill-2017 u li kienet tinkludi numru sostanzjali ta’ xhieda, dokumentazzjoni u proċeduri paralleli relatati mal-istess relazzjoni ta’ negozju.

Skont ir-rikors, iż-żewġ naħat kienu qablu li jikkollaboraw fin-negozju tal-bejgħ, xiri u kiri ta’ proprjetà f’Malta u Għawdex taħt l-isem “Chesterton”, b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2016. Ftehim ieħor kien jistipula li jidħlu fi sħubija biex joperaw aġenzija tal-proprjetà fil-Gżira taħt is-subfranchise “Chestertons”, bl-isem “Chestertons Gzira”, li kellha tibda topera fl-1 ta’ Lulju 2016. Il-profitti u t-telf kellhom jinqasmu fuq bażi ta’ 50% kull wieħed, filwaqt li Polygon kellha tmexxi u tamministra l-operat u ISB tassumi rwol passiv.

Il-ftehim kien jinkludi wkoll l-obbligu li tiġi inkorporata entità legali ġdida, li effettivament ġiet irreġistrata fit-12 ta’ Awwissu 2016 bl-isem Chestertons Gzira Limited. L-operat beda mill-fond numru 182, Triq ix-Xatt, il-Gżira, taħt it-tmexxija tad-diretturi msemmija, li tnejn minnhom kienu wkoll diretturi f’Polygon International Group Limited.

Fl-affidavit tagħha, Natasha Pace xehdet dwar id-deterjorament tar-relazzjoni bejn il-partijiet u allegat li d-diretturi Rudolf Johannes Bronkhorst u Elsabie Van Der Merwe ma kinux qed jagħtu każ in-negozju kif suppost u li kien hemm allegat devjazzjoni ta’ xogħol lejn kumpanija oħra fl-Afrika t’Isfel. Hija rrimarkat ukoll li l-uffiċċju fil-Gżira tħalla fi stat ħażin, bit-tabelli u l-għamara mneħħija u b’wajers tal-elettriku maqlugħa, u li kienu allegatament dovuti commissions ta’ aktar minn €4,000.

Madankollu, il-Qorti għamlet distinzjoni fundamentali bejn il-ftehim bejn Boutique u Polygon u l-operat tan-negozju li kien qed isir permezz tal-kumpanija inkorporata. Skont il-Qorti, ladarba n-negozju kien ġestit mill-kumpanija Chestertons Gżira Limited bħala entità ġuridika separata, kwalunkwe pretensjoni għal danni, ħlasijiet jew commissions kellha tiġi diretta lejn dik il-kumpanija u mhux direttament kontra d-diretturi tagħha jew kontra Polygon f’isimhom personali.

ISB allegat li l-intimati approprjaw ruħhom b’mod abbużiv u indebitu minn oġġetti, mobbli u flejjes li jappartjenu lill-partnership imwaqqfa bejn il-partijiet, u qed titlob li dawn jiġu rritornati jew inkella jiġu likwidati d-danni relatati. Il-Qorti temmet il-ftehim iżda t-talbiet għad-danni ġew miċħuda.

Fuq il-kwistjoni tat-terminazzjoni tal-ftehim, il-Qorti nnutat li għalkemm il-proċedura stipulata fil-Collaboration Agreement ma ġietx osservata b’mod strett, b’mod partikolari fir-rigward tal-perjodu ta’ xahar wara warning letter, ir-relazzjoni bejn il-partijiet kienet iddeterjorat b’mod irriversibbli u l-operazzjoni kummerċjali kienet diġà waqfet fil-fatt. Għaldaqstant, il-Qorti qieset opportun li tilqa’ l-ewwel żewġ talbiet u tiddikjara terminati l-ftehim u xolta l-operazzjoni kummerċjali.

It-talbiet l-oħra kollha, inklużi dawk relatati ma’ allegata approprjazzjoni ta’ oġġetti u danni finanzjarji, ġew miċħuda. L-ispejjeż tal-kawża ġew ordnati jinqasmu nofs bin-nofs bejn Boutique u Polygon, u b’hekk tagħlaq tilwima kummerċjali li ilha għaddejja mill-2017 u li kienet tikkonċerna l-ġestjoni u l-falliment ta’ operazzjoni konġunta fil-qasam tal-proprjetà.