Atleta li spikka kien Nathan Mifsud ta’ 16-il sena fil-kategorija tal-65kg. Mifsud wettaq kompetizzjoni perfetta b’sitt tentattivi suċċessivi minn sitta, fejn refa’ 101kg fl-isnatch u 120kg fil-clean and jerk. It-total tiegħu tah 330 punt u bih kiser ir-rekords nazzjonali kollha mill-kategorija taż-żgħażagħ sa dik tal-kbar, kisba straordinarja għal atleta ta’ 16 il-sena.
Fil-livell elite Tenishia Thornton kellha ritorn b’saħħtu wara injury li kellha fil-Mediterranean Cup tas-sena li għaddiet. Hija temmet sitt tentattivi minn sitta, b’total ta’ 196kg biex kisbet l-aħjar riżultat fil-kategorija tan-nisa b’247 punt. Kim Camilleri Lagana temmet warajha b’total ta’ 163kg u 235 punt.
Rylee Borg u Aaliyah Gatt, li wkoll irritornaw minn injuries, kellhom riżultati pożittivi fejn Borg refgħa total impressjonanti ta’ 255kg, filwaqt li Gatt temmet b’157kg. Fil-kategorija tal-juniors, Nathaniel Fenech irreġistra total ta’ 231kg u kiseb 292 punt, waqt li ż-żagħżugħ Nathan Balzan laħaq total ta’ 135kg għal 238 punt.
Fil-kategorija tan-nisa Under-17, Thea Demanuele wriet titjib b’total ta’ 101kg. Fil-kategorija tan-nisa Under-15, Emily Livori wkoll uriet progress meta temmet b’total ta’ 94kg. Fil-kategorija tal-irġiel Under-15, Gabiele Frendo żamm l-ewwel post b’total ta’ 165kg, filwaqt li fil-kategorija tan-nisa Under-12, Mia Sant żammet il-pożizzjoni ta’ quddiem b’total ta’ 78kg.
L-appuntament li jmiss għat-tim nazzjonali se jkun il-European Small Nations Championship, li se jsir fl-Iżlanda bejn l-14 u l-15 ta’ Marzu.
//= $special ?>

