Lokali

Mixja ta’ solidarjetà fil-Belt Valletta

Fil-Belt Valletta, tard it-Tlieta filgħaxija, saret mixja ta’ solidarjetà mal-poplu Ukren propju fil-jum li fih tfakkar ir-raba’ anniversarju mill-invażjoni Russa.

Preżenti fil-Belt kien hemm membri mill-komunità Ukrena f’pajjiżna, kif ukoll diversi attivisti oħrajn.

Attendew ukoll rappreżentanti mill-ambaxxati tar Renju Unit, l-Awstralja, il-Ġermanja, l-Olanda, Franza, l-Irlanda, u anke New Zealand.

Il-komunità Ukrena f’Malta qalet li din il-mixja ta’ solidarjetà kellha l-ħsieb li tfakkar il-memorja ta’ dawk kollha li tilfu ħajjithom fl-aħħar erba’ snin – kif ukoll b’appoġġ għall-familji fl-Ukrajna li għadhom qed ibatu ta’ kuljum mill-effetti ta’ din il-gwerra.