Meta lbieraħ, il-pajjiż kollu kien imwaħħal mat-televiżjoni isegwi l-iżviluppi kollha marbuta mad-dikjarazzjonijiet iebsa li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff, Net Television kien l-uniku stazzjon li wassal aġġornamenti kontinwi.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li l-udjenzi kienu qed isegwu Net TV fil-ħin li twasslet ix-xandira speċjali ta’ NETLIVE.
Fil-fatt, Net Television qabeż kemm lil One u anke lil TVM matul il-ġurnata tal-bieraħ.
Dan jikkonferma kemm Net TV baqa’ l-aktar stazzjon segwit f’pajjiżna, u l-għażla numru wieħed kull darba li jkunu qed iseħħu avvenimenti maġġuri.
//= $special ?>

