Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Jonathan Shaw. Fid-diskussjoni tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ profil b’għarfien liema bħalu fuq it-tmexxija u l-marketing. Il-bidu tal-karriera tiegħu ħaditu fl-Istati Uniti u anki l-Awstralja, fejn Jonathan Shaw beda jduq il-ħlewwa u l-imrar tad-dinja tax-xogħol.
“Hemm kelli l-ewwel xokk ta’ kif aħna biss numru, numru li kultant ma jkun jafu ħadd”
Il-profil se jkun qed jaqsam magħna mumenti iebsa li kellu jaffaċċja anki f’mergers li llum sarrfu f’suċċess. Fuq kollox il-ħsieb tal-profil jibqa’ li filwaqt kollox huwa sfida, l-akbar sfida dejjem tkun li kif wieħed għandu jħares lill-ħaddiema.
Il-ħaddiema huma l-qofol ta’ kull kumpanija, huma kruċjali mill-bidu sal-aħħar, importanti li nieħdu ħsiebhom, u nieħdu ħsieb il-ħobża ta’ kuljum ta’ kull individwu.
Ma’ Shaw id-diskussjoni se tmiss ukoll mal-politika, iż-żmien meta anki hu kien kandidati mal-Partit Nazzjonalista għall-Elezzjoni tal-PE. Apparti wkoll se nitkellmu fuq l-eżerċizzju, b’mod partikolari l-għawm, u anki l-isfidi li wettaq permezz tal-għawm.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Philip Grech.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.



