Iċ-Ċittadini Brittaniċi li għandhom ċittadinanza doppja se jkollhom jippreżentaw passaport Ingliż biex ikunu jistgħu jidħlu l-Ingilterra. Dawn huma regoli ġodda li daħlu fis-seħħ mill-llum.
Min ma jippreżentax passaport Brittaniku validu jew ‘Ċertifikata ta’ ‘Entitlement’ li juri li għandu dritt jidħol l-Ingilterra’ ċertifikat li jqum 589 sterlina – hemm ir-riskju kbir li ma jitħalliex jitla’ fuq ajruplan, vapur jew trejn, skont dawn ir-regoli ġodda.
Il-gvern Ingliż iddeċieda li jinjora talbiet mingħand familji, l-grupp attivist ‘the 3million’, id-Demokratiċi Liberali u David Davis, il-Ministru Conservattiv tal-Kabinett, biex il-Gvern jagħti perjodu ta’ żmien biex dawk li għandhom ċittadinanzi doppji jkunu jistgħu jaddattaw rugħhom għal dawn ir-regoli ġodda.
Uffiċjal mill-Ministru tal-Affarijiet qal: “L-Ingilterra miexja lejn immoderniżżar tas-sistema tal-immigrazzjoni u tas-sigurta’ tal-fruntiera. Kull passiġġier se jkun qiegħed ikun ikkontrollat jekk għandux permess validu, jew l-istatus biex jidħlu l-Ingilterra – l-istess kif nagħmlu mal-passiġġiera li jidħlu bil-visa.
//= $special ?>

