Lokali

Repubblika titlob investigazzjoni dwar allegazzjonijiet kontra l-Prim Ministru

Ritratt: Catriel Farrugia Sghendo

Repubblika ressqet ilment formali lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika biex jinvestiga allegazzjonijiet serji magħmula taħt ġurament mill-Imħallef Lawrence Mintoff dwar l-imġiba tal-Prim Ministru Dr Robert Abela

L-ilment, datat 25 ta’ Frar 2026  , jitlob li jiġu eżaminati allegazzjonijiet li jinkludu allegat pressjoni fuq impjegata tal-Qorti, l-użu ta’ mistoqsijiet parlamentari f’kuntest ta’ interess finanzjarju personali, komunikazzjonijiet privati ma’ Imħallef sedenti dwar ħatriet fil-ġudikatura, u konsiderazzjonijiet politiċi fir-rigward tal-ħatra tal-Prim Imħallef.

Repubblika ma tagħmel ebda konstatazzjoni ta’ ħtija iżda tqis li allegazzjonijiet ta’ din in-natura, magħmula minn membru tal-ġudikatura taħt ġurament, jeħtieġu skrutinju indipendenti u immedjat.

L-għan tal-ilment huwa li tiġi mħarsa l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet u l-indipendenza tal-ġudikatura, waqt li l-proċess ta’ ħatra tal-Prim Imħallef għadu għaddej.