Wara aktar minn 24 siegħa minn meta ġiet ippubblikata d-dikjarazzjoni ġuramentata tal-Imħallef Wenzu Mintoff, il-Prim Ministru Robert Abela għadu ma ċaħad l-ebda akkuża magħmula mil-imsemmi Imħallef b’mod ċar u kategoriku.
L-Erbgħa waranofsinhar mistoqsi għal tul ta’ ħin quddiem il-Parlament mill-ġurnalisti preżenti ma ċaħadx li kkomunika ma’ Imħallef permezz ta’ Whatsapp u kkonferma li ltaqa’ miegħu fl-uffiċċju tiegħu f’Kastilja.
Robert Abela sostna li għandu kull rispett lejn l-Imħallef Wenzu Mintoff għalkemm ma jaqbilx ma dak kollu li ingħad minnu fid-dikjarazzjoni – fatt gravi li meta l-ġurnalisti weġbuh dwar dan fakkarhom li hu huwa avukat.
Intant b’rabta mal-fatt li l-Imħallef Mintoff sostna li Robert Abela kien hedded impjegata fl-uffiċċju tiegħu li jtelfilha xogħolha, l-ewwel kaxkxar saqajh biex iwieġeb…imbagħad ittanta jixħet dubja fuq l-istess impjegata.
Minkejja kollox, il-Prim Ministru fl-ebda mument ma ċaħad kategorikament dak li ntqal mill-Imħallef iżda baqa’ jinsisti bil-kontradizzjonijiet.
Robert Abela ma ried fl-ebda mument jiċħad jew jikkonferma dak li ntqal mill-Imħallef Wenzu Mintoff, akkużi serjissimi iżda anke dawk sempliċi fost oħrajn jekk verament jaħsibx li l-ħatra ta’ George Abela bħala President kien żball.
//= $special ?>
