Żewġ turisti Olandiżi li kienu f’relazzjoni għal ħames xhur ngħataw sentenzi ta’ priġunerja sospiża wara li ammettew li kienu aggredew lil xulxin waqt argument kaġun tal-alkoħol f’San Ġiljan. L-akkużati kienu ilhom Malta mid-19 ta’ Frar u ġew imressqa l-Qorti wara inċident li seħħ madwar il-5 ta’ filgħodu nhar it-Tlieta fi Triq il-Knisja, San Ġiljan.
Il-pulizija ġew infurmati dwar argument li allegatament beda ġewwa appartament u kompla fit-triq. It-tnejn ġew meħuda l-Isptar Mater Dei għall-kura u aktar tard arrestati. Joa-J’aime Beau Peter Joaquin José Marti, 22 sena, li jaħdem bħala mechanic, ġie akkużat li ġiegħel lit-tfajla tiegħu Angelina Maria Erika Angelique Rouw biex tibża’ li tiġi użata vjolenza kontrih, uża forza kontrha, ikkawżalha ġrieħi ħfief, kiser il-paċi pubblika, kien fis-sakra u ma setax jieħu ħsieb tiegħu nniffsu, li nsulentaha jew heddidha.
Il-Qorti saret taf li l-mara allegattament ġiet imbuttata mit-taraġ għal isfel u ġarrbet ġrieħi ħfief. L-argument seħħ waqt li t-tnejn kienu f’sakra qawwija. Rappreżentat mill-avukat tal-għajnuna legali Axel Camilleri, Marti ammetta għal darba darbtejn l-akkużi miġjubin kontrih. Id-difiża enfasizzat l-età żgħira tiegħu, in-natura reċiproka tal-ġlieda u l-ammissjoni bikrija tiegħu.
Hu ngħata sentenza ta’ 18-il xahar priġunerija, sospiża għal tliet snin. Fi proċeduri separati, Angelina Maria Erika Angelique Rouw, 20 sena, li bħalissa hija bla xogħol, ġiet akkużata li użat forza kontra s-sieħeb tagħha u kkawżatlu ġrieħi ħfief, kisret il-paċi pubblika, kienet fis-sakra u ma setgħet tieħu ħsiebha stess, u kkaġunat ħsara fin-nuċċali tiegħu.
Rappreżentata mill-avukat tal-għajnuna legali Sarah Celiberti, hi wkoll qablet u kkonfermat l-ammissjoni tagħha. Hi ngħatat sentenza ta’ 12-il xahar priġunerija, sospiża għal sentejn.
Il-prosekuzzjoni f’dawn il-każijiet kollha kienet immexxija mill-Ispettur Christian Cauchi, u l-qorti kienet preseduta mill-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil.
//= $special ?>

