Is-separazzjonijiet reġistrati fl-2017 kien 105 f’Malta u 6 f’Għawdex. Is-sena l-oħra s-separazzjonijiet reġistrati kienu 93 f’Malta u sebgħa f’Għawdex – 100 każ is-sena l-oħra ta’ separazzjoni reġistrat f’Malta u Għawdex.
Is-separazzjonijiet reġistrati sena b’sena f’Malta kienu 114 fl-2018;109 fl-2019; 102 fl-2020; 117 fl-2021; 106 fl-2022; 110 fl-2023, u 97 fl-2024. F’Għawdex, is-separazzjonijiet reġistrati fl-2018 kienu tnejn; fl-2019 sebħa; fl-2020 sitta; fl-2021 ħamsa; fl-2022 ħamsa; fl-2023 13, u fl-2024 sebgħa. Is-sena l-oħra f’Għawdex ma kien deċiż ebda każ.
Dan ikkonfermah fil-Parlament Jonathan Attard, il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni; għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Fi tweġba oħra li kien ta l-istess Ministru kien irriżulta wkoll li l-każijiet ta’ divorzju deċiżi mill-Qrati s-sena li għaddiet kienu jlaħħqu 458 f’Malta u f’Għawdex 24.
//= $special ?>

