Hija ħassra li fil-konfront ta’ dawn l-akkużi kollha ma għandna l-ebda kjarifika anzi għandna Prim Ministru li qed jinħeba wara l-investigazzjoni li talab il-Prim Imħallef. Aħna min-naħa tagħna lesti li nkomplu bid-diskussjonijiet dwar il-Prim Imħallef.
Kien dan is-sentiment espress mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg iktar minn 48 siegħa wara li l-Prim Ministru Abela baqa ma ċaħad l-ebda waħda mill-akkużi li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff, fejn kompla jgħid li l-Prim Ministru għandu obbligu li jkun trasparenti mal-poplu għax jaf x’hinuma r-riperkuzzjonijiet, ta’ dawn l-akkużi serji. Għalhekk hemm bżonn ta’ diskussjoni fl-apert biex iweġeb lill-pubbliku.
“Irid ikun hemm it-trasparenza u l-accountabilty, bilfors irid jagħti serħan il-moħħ” saħaq Alex Borg
Fl-intervent tiegħu waqt il-programm Net Live fuq Net TV, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna li l-oppożizzjoni għadha detterminata li tiddiskuti l-ħatra ta’ Prim Imħallef flimkien mal-Prim Ministru fil-privat.
B’referenza għad-diskors ta’ Abela dwar id-die hards, Alex Borg qal li rridu nirrispettaw il-ġudikatura u sostna li din il-kariga ma tistax issir ballun politiku.
Dan b’kuntrarju għal dak li għamel il-Prim Ministru hekk kif għalih din hija biss kwistjoni partiġjana li minnha jista’ jitlef jew jirbaħ il-voti.
U għalhekk toħroġ evidenti d-differenza bejn il-Partit Nazzjonalista u l-Partit Laburista. Fejn il-Partit Nazzjonalista jara biss l-interess pubbliku – l-abjad u l-aħmar u mhux jekk hux ħa jżid jew inaqqas il-votin.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista temm b’appell b’saħtu : Nistieden lill-Prim Ministru biex jagħti serħan il-moħħ.
//= $special ?>

