Sport

Aktar rizultati pożittivi mit-timijiet Maltin tal-Pool

 It-timijiet Maltin tal-Pool komplew jiksbu aktar rizultati pożittivi fil-Kampjonati tal-Ewropa li qed isiru f’Ayia Napa f’Cipru.

It-tim Malti tal-irgiel kiseb żewġ rebħiet oħra daqstant important kontra l-Irlanda bl-iskor ta’ 8-7 u kontra l-Belgium bl-iskor konvinċenti ta’ 11-4.  Meta jonqos żewġ loghbiet mit-tmiem tal-fazi tal-gruppi Malta tinsab f’possizzjoni tajba biex tikkwalifka għal fażi li jmiss tas-semifinali.

Fil-kategorija ta’ ’l-Fuq minn 50 sena it-tim Malti kiseb erba’ rebħiet minn 6 logħbiet li lagħab filwqt li t-tim taż-żgħażagħ ta’ Taħt it-23 sena kiseb 8 rebhiet minn 11-il loghba u b’hekk iż-żewġ timijiet jinsabu f’ pożizzjoni tajba biex jgħaddu għal-fazi li jmiss tas-semifinali.

It-tim taż-żgħażagħ ta’ Taħt it-18-il sena kiseb żewġ rebħiet identiċi ta’ 7-2 fuq Tim A Skozja  u Tim B Skozja .