Is-Santwarju ta’ Noah’s Ark fil-preżent qed jieħdu ħsieb madwar 40 kelb; bi 3 voluntieri li jaħdmu full-time u oħrajn li jattendu minn jum għal ieħor.
Fost l-oħrajn huma jżommu annimali li jkunu rrifjutaw l-annimal welfare.
Dan is-santwarju bħalissa qed iżomm klieb li kellhom jintbagħtu Sqallija.
Net News żar dan is-santwarju waqt laqgħa li l-volontieri kellhom ma’ numru ta’ deputati tal-PN – santwarju li fih hemm klieb ta’ razzez u daqsijiet differenti.






Is-Shadow Ministers Janice Chetcuti u David Agius, flimkien mal-kandidat tal-PN Andrew Agius, it-Tlieta żaru dan is-santwarju fejn setgħu isegwu mill-qrib id-dedikazzjoni ta’ dawn il-voluntieri li jieħdu ħsieb b’tant għożża u mħabba lil dawn il-klieb.
Is-santwarju ta’ Noah’s Ark ma jingħata l-ebda għajnuna finanzjarja, ħlief mill-pubbliku u l-voluntieri li barra l-ħin tagħhom jagħtu wkoll għajnuna finanzjarja.
Dan minkejja li f’ċertu każi dan is-santwarju kien qed jieħu ħsieb mal-120 kelb, billi jitmagħhom, inaddaf iz-zona, u jara li jkunu qed jinżammu f’ambjent xieraq.
//= $special ?>
