“Taħt ġurament nikkonferma li għal Dr Abela aktar kienu importanti l-flus mill-indipendenza tal-ġudikatura” – L-Imħallef Wenzu Mintoff.
Dan hu l-messaġġ ta’ billboard li tella’ l-Partit Nazzjonalisa f’diversi lokalitijiet fil-pajjiż fl-aħħar sigħat.
L-għan ta’ dan il-billboard hu li jesponi l-verità dwar Robert Abela.
L-akkużi li għamel l-Imħallef Wenzu Mintoff f’ittra li kiteb taħt ġurament jikxfu min hu verament Robert Abela. Din hi biss waħda minn diversi akkużi li saru fl-ittra ġuramentata tal-Imħallef.
Sal-lum Robert Abela għadu ma ċaħadx imqar akkuża waħda mil-lista sħiħa ta’ akkużi mill-aktar serji li għamillu Wenzu Mintoff.
Robert Abela għandu ħafna xi jwieġeb lill-poplu.
//= $special ?>

