Il-Partit Laburista qed jgħid li se jagħmel minn kollox biex jesponi imħallef partikolari.
Dan ħareġ biċ-ċar mill-blog Laburista ta’ Neville Gafà, illi ddikjara pubblikament li se jesponi l-aġir ta’ imħallef mara.
Gafà –- li ġej mill-klikka estremista tal-Partit Laburista – semma’ deċiżjonijiet ta’ Imħallef partikolari, li skont hu taħseb li hi l-omnipotenti u li qed tqanqal rabja kif ukoll tħassib serju dwar l-imparzjalità istituzzjonali. Bil-Labour qed jitfa’ dubji fuq l-operat tal-Qorti tal-Familja, li taffettwa eluf kbar ta’ persuni li jiġu milquta b’kawżi varji.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

