Lokali

Imniedi l-Video Uffiċjali ta’ My Sweet Angel; Il-kanzunetta li klassifikat fit-tielet post tal-Malta Eurovision Song Contest

Mychael Bartolo Chircop nieda l-video mużikali uffiċjali ta’ My Sweet Angel, il-kanzunetta li biha mhux biss għamel id-debutt tiegħu fil-Malta Eurovision Song Contest, iżda klassifikatu fit-tielet post u stabbilietu bħala wieħed mill-aktar artisti ġodda distinti tal-kompetizzjoni. Minn meta nħarġet, il-kanzunetta kompliet tikseb suċċess fuq il-pjattaformi diġitali, u laqtet lill-udjenzi kemm lokalment kif ukoll madwar l-Ewropa.

Filwaqt li jespandi fuq id-dinja viżiva li rajna waqt il-Malta Eurovision Song Contest, il-vidjo mużikali jippreżenta interpretazzjoni ċinematika tal-intensità emozzjonali tal-kanzunetta, billi jgħaqqad korjografija kontemporanja ma’ narrattiva viżiva. Mychael jingħaqad ma’ grupp ta’ żeffiena, li kull wieħed u waħda minnhom iġib miegħu esperjenza internazzjonali estensiva fil-produzzjoni.

Id-Direttur Steven Levi Vella, kreattiv rikonoxxut internazzjonalment. kellu rwol determinanti fit-tfassil tal-lingwaġġ ċinematiku u l-identità viżiva ġenerali tal-produzzjoni. Permezz tal-iżvilupp tal-kunċett, l-istruttura viżiva u l-eżekuzzjoni fuq is-sett, Levi Vella għen biex jinħoloq narrattiv viżiv koerenti u impressjonanti għal din ir-rilaxx.

Il-korjografija kienet immexxija minn Samantha Jayne, li fost il-kredenzjali professjonali tagħha hemm l-irwol ta’ assistant korjografa għal Dua Lipa, bil-parteċipazzjoni ta’ Benjamin Anthony bħala assistent f’din il-produzzjoni.

B’dan ir-rilaxx, My Sweet Angel tkompli tiddetermina d-direzzjoni artistika ta’ Mychael Bartolo Chircop, billi tgħaqqad preċiżjoni vokali, koreografija kontemporanja u viżwali ċinematiċi, hekk kif ikompli jsaħħaħ il-preżenza tiegħu lil hinn minn Malta.

Il-vidjo uffiċjali issa huwa disponibbli fuq il-pjattaformi ewlenin kollha.