Gżira United 3 Hibernians 2
Tkompli s-serje negattiva ta’ Hibernians li b’telfa ristretta sfaw eliminati mill-FA Trophy. Sal mument li Gzira fetħu vantaġġ ta’ tlett gowls fit-Tony Bezzina Stadium, Kordin, kollox deher faċli bir-reazzjoni ta’ Hibernians ħalliet l-iskor inċert sal-aħħar.
Fil-25 minuta Gżira marru fil-vantaġġ wara li DEXTER XUEREB ippruvaw iwettqu reazzjoni, fis-37 minuta kien ANDRE’ CARLOS PENHA DA COSTA li mill-ġdid għeleb lil Branescu għal vantaġġ doppju ta’ Gżira. L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar li fis-47 minuta, Gzira kabbru l-iskor permezz ta’ MAXUEL MAIA SAMURAI.
F’reazzjoni immedjata, minuta wara Hibernians naqqsu l-iskor wara li ALFRED SILAS għeleb lil Edoardo Colombo għal 3 – 1 . Kibret il-pressjoni minn Hibernians li fit-80 minuta għamlu l-iskor 3 – 2 permezz ta’ CLEITON DE JESUS MENDONCA PADILHA li kien daħal bħala sostitut minuta qabel. Fid-89 minuta tkeċċa għal Gzira Fabricio Silva Virgens b’karta ħamra diretta sabiex fl-94 minuta tkeċċa wkoll Dexter Xuereb għal Hibs b’ammonizzjoni doppja.
Skor finali 3 – 2 għal Gżira u post fir-rawnd li jmiss.
Referee: Fyodor Zammit
Birkirkara 2 Pietà Hotspur 0
B’gowl f’kull taqsima fis-Centenary Stadium, Ta’ Qali, Birkirkara eliminaw lil Pietà u għaddew għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy u fl-istess waqt taffew xi ftit l-aħħar diżappunti tal-Kampjonat Premier.
Wara biss 16-il minuta Birkirkara fetħu l-iskor permezz ta’ ALESSANDRO COPPOLA li għeleb lil Reeves Cini. 1 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima.
L-andament matul it-tieni taqsima baqa’ l-istess l-aktar wara li fis-70 minuta rduppjaw permezz ta’ JERE VRCIC li aktar qabel kien sostitut ta’ Bayo Mben.
2 – 0 skor li bih intemmet il-partita.
Referee : Daniel Casha
//= $special ?>

