Lokali Parlament

Kważi 400 fil-ħabs kienu qed jiskontaw sentenza ta’ inqas minn 24 xahar

L-ammont ta’ persuni fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li matul is-sena 2025 kienu qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs ta’ inqas minn 24 xahar kien ta’ 397 persuna.

Dan intql fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici.