Messaġġ li wasal għand Net News mill-qalba tal-Labour juri li t-tmexxija tal-Partit kellha tipposponi l-laqgħa li kienet skedata li ssir illum.
Fil-fatt, wieħed jista’ jaqra iswed fuq l-abjad dan il-fatt fil-messaġġ li ġie ċirkolat.
Issa, il-laqgħa se jkollha ssir għada.

Sorsi qrib deputat partikolari qalulna li minn ġewwa hemm pressjoni kbira fuq Robert Abela, għaliex qed jibqa’ jdaħħal lil-Labour f’kontroversji bla bżonn. Bl-aħħar każ ikun dak tal-Imħallef Wenzu Mintoff, u l-mod kif ġie trattat mil-Leader Laburista.
Deputati oħrajn huma urtati għall-fatt li xtaqu li jintlaħaq qbil fuq il-Prim Imħallef biex jitwassal messaġġ ta’ unità nazzjonali – iżda fl-istess waqt, innutaw kif Abela kien aktar interessat fl-istatura ta’ Alex Borg milli fil-ġid nazzjonali.
//= $special ?>

