Noel D’Anastas
Akustika jirritorna b’kunċert intimu f’dak li hu The Acoustic Club li din is-sena se jkun il-11 l-edizzjoni tiegħu. Il-kunċert se jsir fis-Sala San Duminku fil-Belt nhar is-27 u 28 ta’Frar.
Akustika – The Acoustic Club se jiġbor flimkien għaxar mużiċisti ta’ kwalita li f’ħoss akustiku se jinterpretaw madwar 20 kanzunetta ikonika fir-ripertorju rock klassiku, fosthom kanzunetti tal-Queen, Billy Joel, The Cranberries, The Beatles, Phil Collins, Tori Amos u Iron Maiden.
Magħhom standards jazz u anke kanzunetti klassiċi fir-repertorju Malti. Akustika se jwassal dan il-kunċert f’ambjent sempliċi u intimu f’dak li toffri s-sala ta’ San Duminku fil-Belt, esperjenza ħelwa għal min se jattendi.
Il-bibien tal-kunċert jiftħu fit-8pm. Il-biljetti jinkisbu minn fuq tickettailor.com
//= $special ?>

