Wara aktar minn 48 siegħa, Robert Abela baqa’ ma ċaħadx l-akkużi li saru fl-ittra ġuramentata tal-Imħallef Wenzu Mintoff.
Hekk iddikjara l-Kap tal-PN Alex Borg f’messaġġ ippubblikat ftit tal-ħin ilu fuq il-midja soċjali, fejn tenna li l-Prim Ministru qed jibqa’ jaġixxi bir-riga tal-politika partiġjana.
Hu fakkar li fil-proċess tal-Prim Imħallef, il-PN dejjem żamm il-kunfidenzjalità. U Alex Borg qatt ma tkellem ma’ imħallfin, kif għamel Robert Abela.
“Jien se nibqa’ nimxi b’irġulija u b’konsistenza”, stqarr Alex Borg.
Il-Kap tal-PN fakkar li minn naħa tal-Oppożizzjoni tressqu xejn anqas minn 4 ismijiet għall-għażla ta’ Prim Imħallef. Iżda dawn twarrbu għal skopijiet partiġjani – kif ikkonfermat fl-ittra ġuramentata tal-Imħallef Wenzu Mintoff.
//= $special ?>

