Sport Sport Ieħor

David Borg se jkun qiegħed jirrapreżenta lill-Università ta’ Malta f’kompetizzjoni internazzjonali

L-atleta David Borg ġie ikkonfermat bħala r-rappreżentat uffiċjali tal-Università ta’ Malta fil-FISU World University Championship Cross Country 2026 f’ Cassino.

Din hija kompetizzjoni internazzjonali ta’ livell għoli ħafna, u Borg huwa magħruf bħala wieħed mill-iżjed atleti promitenti fid-distanza twila f’pajjiżna. Il-parteċipazzjoni ta’ Borg turi li l-Malta University Sport Association (MUSA) għanda fiduja kbira fih biex għażlet lil Borg biex jikkompeti f’kompetizzjoni internazzjonali bħal din.

David Borg huwa ukoll membru tal-Eżekuttiv fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.