Ekonomija Lokali

Id-dejn tal-pajjiż ikompli jisplodi ‘l fuq

Sa tmiem Jannar 2026, il-Fond Konsolidat tal-Gvern irreġistra defiċit taʼ €151.7 miljun.

Dan ħareġ minn ċifri li ppubblika llum l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO).

Meta mqabblin mas-sena taʼ qabel, id-dħul rikorrenti telaʼ bʼ€97.7 miljun, filwaqt li n-nefqa sħiħa żdiedet bi €63.7 miljun. Iż-żieda fid-dħul rikorrenti kienet akbar minn dik fin-nefqa biex bʼhekk kien hemm bidla pożittiva taʼ €34.0 miljun fil-Fond Konsolidat tal-Gvern.

L-akbar żieda fid-dħul ġiet mit-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (€60.1 miljun), filwaqt li l-Programmi u Inizjattivi (€19.3-il miljun) irrappurtaw l-akbar żieda fost il-kategoriji tan-nefqa.

Sa tmiem Jannar 2026, id-dejn kollu tal-Gvern Ċentrali kien jgħodd €11,374.5 miljun, €811.9-il miljun aktar mill-istess xahar fl-2025.