Jeżisti tħassib serju minħabba li l-karatteristici ta’ Għawdex qed jispiċċaw jitmermru b’mod rapidu.
Dan intqal minn Paul Scicluna, iċ-Chairman tal-Gozo Tourism Association, illi fil-preżenza tal-Ministru responsabbli mit-Turiżmu – Ian Borg – wassal dan l-inkwiet kbir li qed iħasseb lill-Għawdxin u lin-negozji f’din l-industirja.
Filwaqt li għaraf ir-riżultati pożittivi fis-settur turistiku fl-2025, ic-Chairman tal-GTA enfasiżża li hemm ħafna sfidi li qiegħdin jaffettwaw lis-settur b’mod negattiv. U esprima l-preokkupazzjoni tiegħu li s-sbuħija unika ta’ Għawdex qiegħda titħassar bl-iżvilupp bla pjan.
Hu rrimarka wkoll l-ispejjeż dejjem jogħlew tal-opraturi turistiċi jistgħu jheddu l-kompetittività tad-destinazzjoni Għawdxija, jekk din ma tkunx indirizzata.
Filwaqt li l-ospitalità Għawdxija għandha għeruq awtentiċi, u servizz mill-aktar kordjali.
Madankollu n-negozji qiegħdin jiddependu dejjem iżjed fuq ħaddiema minn madwar l-Ewropa kollha, u anke lil hinn minnha.
Paul Scicluna enfasiżża l-importanza li nissalwagwardjaw l-awtentiċita’ tat-turiżmu Għawdxi; prodott li għandu jkollu ħaddiema mħarrġa tajjeb u tas-sengħa.
L-istess Laqgħa Ġenerali Annwali kienet indirizzata mix-Shadow Minister Chris Said illi enfasizza l-bżonn ta’ politika ħolistika biex tiġġedded il-flotta tal-Gozo Channel u tiġi modernizzata l-infrastruttura.
//= $special ?>

