“Għaddew tlett ijiem u l-poplu għadu bla risposta minn naħa ta’ Robert Abela rigward l-akkużi serji li saru fil-konfront tiegħu mill-Imħallef Wenzu Mintoff taħt ġurament – Minkejja dak li esperjenzajna fl-aħħar jiem, il-Partit Nazzjonalista jibqa’ determinat li jkompli jirrispetta dan il-proċess hekk importanti għall-pajjiż”.
Kien dan is-sentiment li ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Nazzjonalista, illi enfasizzat il-fatt li wara 3 ijiem mill-pubblikazzjoni tal-ittra tal-Imhallef Wenzu Mintoff, il-Prim Ministru għadu ma ċaħad l-ebda waħda mid-dikjarazzjonijiet iebsin li saru.
Ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja Joe Giglio, saħaq li l-Partit Nazzjonalista, b’sens ta’ dover, ser ikompli jmexxi d-diskussjonijiet għall-għażla tal-Prim Imhallef.
Joe Giglio spjega li l-Partit Nazzjonalista ser jkompli jaħdem b’kunfidenzjalità – anke ghaliex mhux etiku u sew li isem il-ġudikanti sedenti jiġi imċappas b’xi tebgħa partiġjana li kapaċi timmina l-pożizzjoni taghhom.
Apparti min hekk. ix-Shadow Minister għall-Ġustizzja insista li l-Prim Ministru, anke ghas-serħan il-moħħ tal-pajjiż, irid jirrispondi l-akkużi li saru – għaliex qed toħroġ aktar biċ-ċar li għal Abela dan il-proċess huwa biss ezerċizzju partiġjan.
Min naħa tieghu, ix-Shadow Minister ghall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Darren Carabot spjega għaliex ninsabu f’sitwazzjoni bla preċedent. B’Imħallef sedenti li ħass li taħt ġurament, għal dak li jemmen li hu ġust, kellu jibgħat ittra lill-eżekuttiv tal-pajjiż – biex b’hekk kompla joħroġ biċ-ċar il-karattru tal-Prim Ministru.
Carabott fakkar li dan il-proċess għal Robert Abela huwa biss eżerċizzju biex ineffaħ il-figura politika tiegħu – dan apparti li fakkar ukoll fil-mod xokkanti ta’ kif l-istess Imħallef iddeskriva lill-Prim Ministru tal-pajjiż; li jimpurtah aktar mill-flus milli mill-indipendenza tal-ġudikatura.
Intant, Darren Carabott fakkar kif Robert Abela kellu jaghmel U turn oħra, mal-ħafna li diġà għamel tul il-karriera politika tiegħu. Dan wara li ftit ġimgħat ilu prova jpenġi sitwazzjoni ta’ krizi – però issa, li hemm dawn l-allegazzjonijiet fuqu, dawwar fehmtu. U qal li fil-pajjiż m’hawn ebda kriżijiet.
//= $special ?>

